Wednesday, 20 April 2011

ARAXINTGHID

ARA X'INT TGHID - GABRA TA' KLIEM ANEDOTTI U RITRATTI TAL-ISTORJA U l-KULTURA TAL--MALTIN

RISORĠIMENTO    F’diversi perjodi tal-ewwel sittin sena tas-seklu 19, l-aktar bejn l-1830 u l-1861 kien hemm ħafna rvellijiet f’diversi partijiet ta’ l-Italja. Fis-seklu 19 ħafna kienu dawk it-Taljani mdaħħlin fil-ġlieda għall-unifikazzjoni ta’ l-Italja Irredenta, li ħarbu u ġew Malta bħala refuġjati.    Dawn ir-refuġjati f’Malta ġieli ippubblikaw kitba li kienet tħeġġeġ biex it-Taljani jqumu kontra il-mexxejja dispotiċi tagħhom ħalli l-Italja ssir nazzjon  maqgħud. Wieħed mill-figuri importanti tar-Risorgimento li ġew f’Malta kien Ruggero Settimo, Prinċep ta’ Fetalia li spiċċa miet il-Belt Valletta fejn kien għex sa l-eta’ ta’ 85 sena.  Fl-1848 dan kien elett President tal-Gvern Proviżorju.  Refuġjat ieħor kien Francesco Crispi li dam jgħix Malta, fi Triq il-Kbira Ħal Tarxien mill-1853 sa l-1855.  Wara l-unifikazzjoni tal-Italja dan kien anke ġie elett Prim Ministru.  Garibaldi wkoll waqaf fit-23 ta’ Marzu tal-1864 mat-tfal tiegħu meta kien ġie Malta biex imbagħad salpa lejn l-Ingilterra.   Hu kien qagħad f’Lukanda fi Triq Santa Luċija viċin Triq ir-Repubblika. Il-poplu Malti kien maqsum fis-simpatiji tiegħu lejn ir-Risorgimento.  Kien hemm dawk li xtaqu li l-Italja tkun magħquda.  Biss oħrajn raw lil dawn ir-revoluzzjonarji kienu wkoll avversarji tal-Papa, għaliex il-Vatikan kien wieħed minn dawk l-istati li kien qed jirreżisti din l-unifikazzjoni.   Ara 

No comments:

Post a Comment