Thursday, 21 April 2011

ARAXINTGHID

BONĠU u BONSWA’      L-influenza tal-ilsien Franċiż kien ilu dieħel bil-mod il-mod f’Malta minn żmien l-Ordni.  Il-kommunikazzjoni bejn il-Maltin u l-Franċiżi kienet issir diversi modi. Biex nagħtu eżempju, fis-seklu 17, il-parti l-kbira tal-Kavallieri ta’ l-Ordni f’Malta kienu Franċiżi.  Għalkemm dawn kienu biss ftit mijiet,  biss il-kommunikazzjoni tagħhom mal-Maltin kienet issir ta’ kuljum.  Mod li din il-kommunikazzjoni saret kien bejn il-Kavallieri Franċiżi u s-servjenti tagħhom.  Nafu wkoll li fis-seklu 17, f’Malta stabbilixxew ruħhom  numru ta’ kummerċjanti minn Franza, speċjalment minn Marsilja.  Skond studji li saru nafu li bejn l-1603 u 1620 fil-Parroċċa tal-Porto Salvu il-Belt, ġew irreġistrati ħamsa  u ħamsin żwieġ bejn koppji Franċiżi u Maltin.    Fl-1658 biss, fil-paroċċa tal-Isla kienu żżewġu mal 15-il koppja fejn wieħed mill-għarajjes kien Franċiż. Dan iffisser illi t-taħlit bejn iż-żewġ ilsna kien qed jikber ġmielu.  Idjoma : Jien mal-ġirien sa bonġu u bonswa nasal.  Ara:  FRANZA.  Ara: Aspects in the Relations Between Malta and France During the Grandmastership of Manoel de Vilhena, 1722 -1736. Ta’ Joseph Abdilla. R.U.M. History Department Library (tesi mhux ippubblikata).

No comments:

Post a Comment