ARAZZI FJAMMINGI F’Malta jeżistu żewġ settijiet ta’ arazzi (tapizzeriji dekorattivi kbar li jiddendlu mal-ħajt) mill-isbaħ. Wieħed minn dawn l-arazzi jinsab fil-mużew tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Dan huwa is-sett magħruf bħala ‘L-Arazzi Fjamingi’ li nġabu Malta fl-1701. . Dan is-sett huwa msejjah hekk għaliex kien maħdumin minn Judocus de Vos fil-belt Fjamminga ta’ Brussell. Is-sett huwa magħmul minn ħmistax-il biċċa tapizzerija, kull waħda 7.5 m x 6.5 m u minn 14 il-panell żgħir (kull wieħed 2 x 7.5m). Dan is-sett jitratta it-tema ‘It-Trionf tal-Fidi’. Dawn l-arazzi ġew maħduma fuq disinn ta’ Peter Paul Rubens u ta’ Nicholas Poussielgue. Dawn it-tapizzerji kienu sa żmien ilu jiddendlu fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann għall-festi ta’ Corpus u ta’ San Ġwann il-Battista. Fi żmien aktar antik kienu anke jiddendlu f’Pentekoste u fil-festa tal-Imnarja. Ara: The Grand Master’s Gioja at St John’s ta’ John Manduca fi Treasures of Malta Easter 1995, Vol I no 2, pp. 47-50. Origins of the Flemish Tapestries ta’ Michael Shaw fi Treasures of Malta Easter 1997, Vol II no 2, pp. 49-52.
No comments:
Post a Comment