Tuesday, 31 May 2011

Minn KNISJA MONASTIKA GHAL KON-KATEDRAL


KON-KATRIDAL TA’ SAN ĠWANN        Dan kien oriġ. mibni biex iservi bħala knisja konventwali tal-Ordni ta’ San Ġwann fl-1577.  Kemm damu hawn il-Kavallieri l-Isqof ta’ Malta ma kellu l-ebda jeddijiet fuq din il-knisja. L-Isqfijiet ta’ Malta riedu juru l-presenza tagħhom fil-belt il-ġdida u b’hekk inbniet il-knisja ta’ San Pawl Nawfragu li serviet ħafna biex tilqa’ lil isqof f’funzjonijiet reliġjużi għal ħafna żmien. Meta l-Ordni tkeċċa minn Malta minn Napuljun, l-Isqof Ferdinando Mattei immedjatament talab lil Napuljun biex l-knisja ta’ San Ġwann tingħata lil Knisja ta’ Malta biex issir kon-katidral.  Din it-talba ġiet aċċettata fuq basi temporanja ta’ sena.  Meta mbagħad Malta waqgħet f’idejn l-Ingliżi, il-kwistjoni tad-drittijiet fuq San Ġwann reġgħu qamu kemm il-darba.  Għal bosta snin l-Ingliżi ma ridux li San Ġwann jingħata f’idejn l-Isqof ta’ Malta.  Dan bħala kompromess  aċċetta li jitpoġġa tron fil-knisja, tron ieħor ma’ dak tal-isqof biex jindika id-drittijiet tal-Monarkija Ingliża.  Sadanittant minn naħa tal-militar u amministrazzjoni Ingliżi f’Malta kien hemm min beda jrewwah biex l-knisja ta’ San Ġwann tittieħed u tinbidel fi knisja Anglikana.   Kien fis-27 ta’ Jannar ta’ 1816 li li l-Papa Piju VII ta  rikonoximent uffiċjali għat-talba tal-Isqof Mattei biex il-knisja ta’ San Ġwann issir kon-katidral, jiġifieri katidral ieħor li jaqsam id-dinjita’ u l-preċedenza tiegħu ma’ dak ta’ l-Imdina.  Ara:  The St. John’s Co-Cathedral Affair – A study of a dispute between Church and State in Malta over property Rights ta’ Mario Buhagiar, Melita Historica , Vol. X no 4, 1991, pp. 359-374.

No comments:

Post a Comment