Monday, 30 May 2011

Arazzi Gobelin


ARAZZI  GOBELIN    It-tieni sett ta’ arazzi jinsabu fil-Palazz tal-President (tal-Granmastri) il-Belt u huma magħrufin bħala l-Arazzi Gobelin.  Dan għaliex saru fil-fabbrika Gobelin, qrib Pariġi.  Dawn huma magħmulin minn għaxar arazzi kbar u sitta żgħar li kull wieħed minnhom juri xena mill-isbaħ ta’ annimali u pjanti eżotiċi, hekk msejħa ‘Il-Misteri tal-Indji’.  B’dan it-titlu qed nifhmu l-għeġubijiet ta’ pjanti u annimali  esotiċi fl-Afrika kif ukoll fl-Amerika t’Isfel.  Kienu ddisinjati minn Albert van den Eckout li speċjalizza fil-flora u fawna u Frans Prost li kien espert fil-pittura tal-kampanja. Dawn l-arazzi ġew ikkommissjonati mill-Granmastru Ramon Perellos y Roccaful fl-1708 biex isebbħu is-sala iż-żgħira tal-Kunsill fil-Palazz.  Waslu Malta fl-1710.   Waqt il-vjaġġ bil-baħar minn Marsilja dawn kienu nsterqu minn pirati.  Ara: Exotic Tapestries of the Indies ta’ John Manduca fi Treasures of Malta, Summer 1995, Vol 1 no 3, pp. 55-56. ‘The Gobelin Tapestries in the Grand Master’s Palace’ fi Treasures of Malta Christmas 1997, Vol IV no 1, pp. 43-46.              

No comments:

Post a Comment