ARGOTTI Dan il-ġnien li xi wħud isejħulu ‘il-Gotti’ ħa l-isem tal-Kavallier li kien jgħix f’dar li kienet inbniet f’dawk l-inħawi u li kienet mdawra bi ġnien kbir. Dan il-kavallier kien il-Balliju tal-Ordni ta’ San Gwann, Fra Ignatius Argote et Gusman. Meta ġew l-Ingliżi il-ġnien ittieħed mill-Universita’ biex isiru esperimenti fil-botanija mill-Fakulta’ tax-Xjenza Naturali. Dak iż-żmien l-interess botaniku kien jiffoka fuq il-pjanti għal skop mediċinali. Fil-fatt il-ġnien kien jissejjaħ L’Orto Medico li kien magħmul mhux biss mill-Argotti imma anke mill-Mall u mill-ġnien ta’ Lucano. Alexander Ball innomina lil-Carolus Giacinto, patri Ġenoviż bħala l-Professur tal-Istorja Naturali. Fl-1923 id-direttur ta’ dak iż-żmien John Borg kien ta mal-erbat elef ġjanti tal-kaktus biex jitħawwlu f’dan il-ġnien. Fl-1952 il-ġonna ma baqgħux f’idejn l-Universita’. Il-ġonna ġew miftuħa għall-pubbliku f’Diċembru ta’ l-1974. Ara :’Public Gardens in Malta and Gozo (1976) ta’ J. Borg. ‘Gardens of Malta’ : Argotti Botanic Gardens’ ta’ Guido Lanfranco , Heritage Vol. V pp. 1468-1472.
No comments:
Post a Comment