Tuesday, 31 May 2011

KAROZZA TAN-NAR

KAROZZA TAN-NAR     L-isem antik f’Malta tal-karozzi normali li kienu jissejgħu anke light cars jew motors.  Dan it-term. kien għadu jintuża sas-snin tletin għaliex il-Maltin kienu jxebbħu din l-invenzjoni ġdida ma xi tip ta’ karozzella li flok żiemel kienet taħdem bin-nar billi kien joħroġ id-duħħan minna. (ara: Ulied In-Nanna Venut fl-Amerka, 1929.p.141).  L-ewwel karozza li taħdem bil-petrol ġiet manifatturata b’suċċess kienet il-Benz, fl-1885.  X’aktarx l-ewwel  darba li karozza nstaqgħet f’Malta kien fl-1901.   Tista’ tgħid li din l-invenzjoni l-ġdida daħħala il-militar Ingliż f’Malta għall-esiġenzi tiegħu kif ukoll xi nies benestanti. Sa’ 1925 f’Malta kien hawn biss madwar elf karozza fit-toroq, li dak iż-żmien ftit li xejn kienu asfaltati.  L-ewwel asfalt li kien ingħata  fit-toroq bħala esperiment, kien bejn Bieb Il-Bombi u l-Monument ta’ Spencer il-Blata l-Bajda. Mill-1920 il-quddiem, aktar toroq bdew jiġu asfaltati.  Illum l-eqdem karozza li nsibu f’Malta hija Cadillac tal-1904. Ara: The Motoring Treasures of Malta ta’ David Arrigo fi Treasures of Malta, Christmas 1999, Vol VI no 1, pp. 51-56;  A Chronicle of 20th Century Malta ta’ Joseph Bonnici u Michael Cassar, Book Distributors Ltd p. 105.
   

No comments:

Post a Comment