Monday, 30 May 2011

E-BOATS L-ATTAKK FUQ IL-PORT IL-KBIR

E-BOATS    L-MT Barchini jew kif nafuhom aħjar l-E-Boats kienu speċi ta’ laneċ misjuqa minn piloti bl-intenzjoni li jattakkaw bastimenti navali u merkantili tal-għadu b’veloċita’ qawwija. Kien hemm ukoll SLCs li t-Taljani kienu jsejhulhom Maiali, nafuhom aħjar bhala Human Torpedoes.  Dawn flimkien ma’ żewġ Motor Torpedo Boats, magħrufin mit-Taljani bħala MAS, ġew użati fl-attakk mill-baħar fuq il-Port il-Kbir fis-26 ta’ Lulju tal-1941.  L-għan ta’ dan l-attakk kien li dawn l-E- boats jinfiltraw ix-xibka tal-ħadid li kienet tagħlaq il-bokka tal-Port il-Kbir biex jgħarrqu bastimenti merkantili Ingliżi rrapurtati li kienu ankrati fil-Port il-Kbir. Il-pjan ta’ dan l-attakk falla għaliex ir-radar ta' Malta kien immarka movimenti suspettużi fuq il-baħar minn Agusta, fi Sqallija. Għalhekk is-suldati li kienu fuq il-kanuni Twin 6-pdr ta' Forti Sant'Jiermu u Forti Rikasli kienu ppreparati għal kull eventwalita’ ta' attakk, kif fil-fatt ġara. Dak inhar ġew mgħarrqa b’kollox tminn E-Boats, Motor Torpedo Boat, Lanca li ġarret il-Human Torpedoes u ż-żewġ Human Torpedoes. Kienu anke inqabdu E-Boat u Motor Torpedo Boat.  Informazzjoni miġbura minn Charles A. Debono, Kuratur tal-War Museum.  Ara: The Battle for the Grand Harbour ta’ Joseph Caruana, Wise Owl Publication, 2004; Siege: Malta ta’ Ernle Bradford; Blitzed But Not Beaten ta’ Philip Vella, Progress Press.   The Second Great Siege - Malta 1940-1943 ta’ Charles J. Boffa, Progress Press, 1992.

No comments:

Post a Comment