Monday, 30 May 2011

Ic-Cirku tax-Xaghra

(IĊ)-ĊIRKU TAX-XAGĦRA / BROCKTORFF  CIRCLE   Sit arkeoloġiku importanti li jinsab daqs 700 metru l-bogħod mit-tempji tal-Ġgantija, bejn Santa Verna u x-Xagħra.   Is-sit kien magħruf u skavat fis-seklu 19 minn Otto von Bayer, uffiċjal fl-Armata Brittanika stazzjonat f’Malta.  Biż-żmien dan is-sit reġa’ tgħatta u biż-żmien intesa.  L-isem Brocktorff ingħata lil dan is-sit  b’tifkira tal-artist Charles Frederick De Broctorff, Ġermaniż, li kien pinġa serje ta’ akwarelli bejn l-1828 u l-1829 ta’ dan is-sit.  Fl-1964 Joe Attard Tabone skopra is-sit mill-ġdid u informa l-Awtoritajiet.  Fl-1986 iċ-Ċirku kif kien magħruf ukoll dan is-sit beda jiġi skavat.  Dan baqa’ sejjer sal-1996 minn arkeologi mill-universitajiet ta’ Belfast,  ta’ Cambridge u ta’ Malta.   .    Iċ-Ċirku tax-Xagħra hu magħmul minn numru ta’ għerien, li kienu,  ġew irranġati biex iservu ta’ oqbra, fejn il-komunita’ preistorika setgħet tidfen il-mejtin. Nistgħu ngħidulu l-Ipoġew ta’ Għawdex.   Dan is-sit huwa wkoll magħruf ukoll bħala ta’ l-Ipoġew tal-Qaċċa   Ara: Mortuary Ritual in prehistoric Malta – The Brochtorff Circle ta’ Malone, C. A. T., Stoddart, S. K. F., Trump, D., Bonanno, A. and Pace, A. (eds.). 2009.  The Brochtorff Circle Excavations (1987-1994).Cambridge, McDonald Institute.

No comments:

Post a Comment