KARNIVAL Il-festeġġjamenti li jsir ħafna drabi fuq ħamest ijiem qabel ir-Randan fejn il-poplu jixxala billi jilbes kostumi mhux tas-soltu u jipparteċipa f’xalar u tbaħrit b’ikel, żufjett u żfin fost affarijiet oħra. Il-karnival f’Malta jmur lura sa qabel il-wasla tal-Ordni ta’ San Ġwann għax huwa msemmi f’dokument li jmur lura mill-inqas sal-1528. Fl-1535 il-Kavallieri stess kienu organizzaw u ħadu sehem f’tip ta’ lotta bix-xwabel fil-Birgu bħala parti mil-festeġġjamenti tal-karnival. Fl-1721 ġiet introdotta il-kukkanja. Ara: KUKKANJA. Il-karnival baqa’ jiġi ċċelebrat anke fi żmien l-Ingliżi, ħlief għall-meta kien ikun hemm xi luttu nazzjonali, jew fi żmien ta’ gwerra. Hemm żewġ tifsiriet opposti ta’ x’tista’ tfisser il-kelma ‘karnival’. Iż-żewġ tifsiriet għandhom x’jaqsmu mas-sawm tar-Randan. L-ewwel verżjoni hija carne vale – M. jiswa l-laħam, jew l-oppost, carne lievare tneħħi il-laħam. L-awtur jemmen fl-ewwel verżjoni bħala t-tajba. Tant hu hekk li mall-karnival insibu wkoll il-Giovedì Gras, il-Ħamis jew Martedi Gras it-tnejn ġranet li seta jittiekel il-laħam. Ma dan kien jittiekel ikel ieħor bħal eż. l-prinjolata li kien ikun it-tilqit ta’ diversi ingredjenti biex dan jiġi kkunsmat qabel ir-randan. Ara: GIOVEDÌ GRAS.
No comments:
Post a Comment