Monday, 30 May 2011

IL-Barokk f'Malta


BAROKK/A,  ARKITETTURA    L-arkitettura ta’ stil Barokk bdiet f’Malta fl-1638 meta Francesco Buonamici ddisinja u bena l-Knisja tal-Ġiżwiti fi Triq il-Merkanti (dak iż-żmien Strada San Giacomo) il-belt Valletta. L-istil Barokk huwa stil li jagħti sens ta’ lussu u juri x-xogħol artiġġjanali tal-bennej fil-ġebla. L-arkitettura Barokka tixbaħ dik ta’ sfond ta’ palk b’xeneġġjatura kollha dekorazzjoni b’pilastri, kolonni,  u skultura.  Din l-iskultura mnaqqxa fil-ġebla fiha ħafna rapreżentazzjonijiet ta’ weraq, arzell, skrolli, figuri umani u affarijiet oħra.   Wara Buonamici komplew diversi artisti eż. Lorenzo Gafa, Romano Carapecchia, Francois De Mondion u oħrajn.  Mattia Preti li kien pittur u arkitett biddel il-ġewwieni tal-knisja monastika tal-Ordni ta’ San Ġwann minn waħda sempliċi għall-waħda ta’ stil Barokk.  L-arkitettura  Barokka wara, infirxet ma Malta u Għawdex kollha u baqgħet l-istil predominant għall-knejjes u djar prominent sas-seklu għoxrin.  Ara: L-Arti Barokka F’Malta ta’ Keith Sciberras, PIN, 2003; 5000 Years of Architecture in Malta ta’ Leonard Mahoney, Valletta Publishing, 1996; Baroque Churches in Malta ta’ Conrad Thake Interprint, 1995; Maltese Baroque, Ed. Giovanni Mangion, Ministry of Education, Malta & Council for Cultural Cooperation of the Council of Europe, Strasbourg. 

No comments:

Post a Comment