DENI RQIQ / DENI BIERED Il-marda tad-deni rqiq taffettwa l-milsa b’mod illi tiffjamaha u tikkawża uġigħ fl-għadam. Meta waslu l-Ingliżi f’Malta din il-marda bdiet taffetwa s-suldati stazzjonati f’dawn il-gżejjer. Fost is-sintomi ta’ din il-marda hemm deni baxx (rqieq) u wġiegħ fil-milsa. Din il-marda bdiet tissejjaħ b’diversi ismijiet mill-Ingliżi, eż. Undulant Fever; Mediterranean Fever, Malta Fever. Meta it-tabib David Bruce skopra il-mikrobu ta’ din il-marda fl-1886 dan il-mikrobu beda jissejjah brucella u l-marda Brucellosis. Sa danittant kien għadu mhux magħruf minn fejn kien ġej dan il-mikrobu. Xi wħud kienu jemmnu li din il-marda kienet ikkawżata mil-ilma mniġġes tad-drenaġġ. Kien Temi Zammit li fl-1905 skopra li l-mikrobu kellu l-oriġini tiegħu fil-ħalib tal-mogħoż. Dak iż-żmien il-ħalib kien jinbiegħ billi ir-ragħaj jieħu kwantita’ ta’ mogħoż ġol-ibliet u l-irħula u jaħleb il-ħalib mill-mogħża fl-iskutella lill-mara tad-dar. Sa l-ewwel għoxrin sena tas-seklu 20 kienu jiddaħħlu ma’ l-elfejn mogħża fil-Belt kuljum biex isir dan il-bejgħ. Il-ħalib tal-mogħoż ma kienx jiġi ppastorizzat (mgħolli) u ċ-ċans li l-ħalib jgħaddi l-infezzjoni fill-bniedem kienu kbira daqs in-nuqqas ta; iġene li kienu jgħixu fihom dawn il-mogħoż. Il-pastorizzazzjoni tal-ħalib ma bdietx issir b’mod obligatorju f’Malta qabel l-1938, anke jekk il-vantaġġ tal-pastorizzazzjoni kien magħruf minn Louis Pasteur diġa fl-1864 bħala mod ta’ kontroll effettiv kontra l-mard.
No comments:
Post a Comment