ARLOĠĠ TAL-BIRGU It-torri tal-Arloġġ tal-Birgu kien inbena fi pjazza żghira (llum : Pjazza tal-Vitorja) fis-seklu sittax. Ħadd ma jaf preċiż minn min, għalfejn u meta nbena eżatt dan it-torri. Jingħad biss illi fl-Assedju tal-1565 dan it-torri serva biex l-Kavallieri setgħu josservaw l-pożizzjoni tal-għadu u xi ġlied li seta kien għaddej fix-xaqliba tan nofsinhar tal-Birgu. It-torri kien mal-40 metru għoli u kien wiesgħa madwar sitt metri kull naħa. It-torri kellu ballustrad iddur id-dawra kollha tiegħu, speċi ta’ gallarija miftuħa. Waqt l-Assedju il-Kbir, it-torri kellu żewġt iqniepen, waħda msejħa ‘in-Newwieħa’ u l-oħra ‘il-Ferrieħa’. Meta l-Ordni mar jabita fil-belt Valletta, t-torri ġie mogħti lil familja minn Ħal Għaxaq. Biż-żmien imbena’ wkoll arloġġ u kien hemm bniedem apposta li kien jieħu ħsieb li l-arloġġ jaħdem tajjeb. Fit-Tieni Gwerra Dinjija it-torri ġarrab sħarat kbar waqt attakk mill-ajru li seħħ fl-4 ta’ April 1942. Ftit jiem wara il-qbija tal-binja tat-torri ġie mwaqqa’ biex ma tkunx ta’ periklu għan-nies.
No comments:
Post a Comment