BABAW / BAWBAW Isem ta’ karattru fittizju b’oriġini folkoristiku li l-kbar kienu jużaw biex ibeżżgħu t-tfal bih. Eż. ‘Ara ġej il-babaw’ (anke baw baw). Illum nużaw din l-espr. anke b’sens ieħor ukoll: ‘Għandu dar babaw’ – jiġifieri – għandu dar sabiħa ħafna; Insibu li mhux il-Maltin biss kienu jbeżżaw it-tfal bil-Babaw. Fl-Italja u anke fi Franza il-kbar ibeżżgħu lit-tfal bil-bau bau. “se non la smetti chiamo il Babau!". F’Venezja lit-tfal ukoll jgħidulom ‘Se non stai bravo viene il babau e ti porta via’. Agius Desoldanis (A.S.) jghid li t-tfal kienu jbeżżgħu lil xulxin bil-bau bau.Fil-Karnival ta’ Venezja il-karattru tal-Bau Bau huwa rraffigurat minn bniedem liebes maskra bajda msejħa ‘La Bauta’. Ma’ din il-maskra tintlibes ukoll daqna sewda, kappell trikott u mantel li jgħatti l-ġisem kollu. Din l-influwenza ta’ kultura Venezjana f’Malta kienet possibili speċjalment minħabba l-kummerċ u alleanza militari (navali) li kienu jeżistu bejn Malta u Venezja fis-sekli 17 u tmintax. Ara VENEZJA. Ara wkoll: www.delpiano.com.
No comments:
Post a Comment