Monday, 30 May 2011

Cappella Ardente


CAPPELLA ARDENTE      Speċi ta’ arkata trionfali tal-injam, għolja 14 il-metru u wiesgħa 5 metri kwadri, li kienet isservi ta’ dekorazzjoni arkittettonika madwar l-altar maġġur fil-knisja konventwali ta’ San Ġwann.  Il-Capella Ardente kienet tintuża meta kienu jsiru ċelebrazzjonijiet funebri speċjali, eż. wara l-mewt ta’ xi Papa, Granmastru, Isqof, jew xi persunaġġ irjali ta’ xi pajjiż Kattoliku, ħbieb tal-Ordni.  Il-Cappella Ardente kienet inbniet minn ċertu Mikiel Camilleri fl-1726, fuq disinn Barokk għall-aħħar mill-perit magħruf Taljan, Romano Carapeccia.  Kien ħallas għaliha il-Kommendatur Giuseppe de Robins Barbante.  Din l-arkata kienet tkun mixgħula b’mijiet ta’ xemgħat biex tenfasizza s-solennita’ u d-dieqa waqt iċ-ċelebrazzjoni tar-riti lituġiċi.  Meta ma tintużax, il-Cappella Ardente tiżżarrma f’biċċiet u tintrefa’ fil-kripta msejħa Ta’ Bartolott, li tinsab taħt il-katidral.  Ara: The Cappella Ardente at St John’s ta’ Lorenzo Zahra, fi Treasures of Malta, Easter 1997, Vol. III no 2, pp. 63-64.

No comments:

Post a Comment