BAŻILIKA Fil-Knisja Kattolika jeżistu Bażiliki Maġġuri, Minuri u Titulari. Fil-gżejjer Maltin jeżistu disa’ bażiliki minuri, li ħamsa minnhom qegħdin Għawdex. Dawn huma : Il-Bażilika tal-Porto Salvu, (1816) u dik tal-Madonna tal-Karmnu, (1895) it-tnejn li huma fil-belt Valletta; Tal-Vitorja, l-Isla (1921); Maria Bambina fix-Xagħra (1931), is-Santwarju Ta’ Pinu, l-Għarb (1935); dik ta’ Santa Liena f’Birkirkara (1950) il-Basilika ta’ San Ġorġ, fir-Rabat, Għawdex (1955); il-paroċċa tal-Għarb iddedikata lill-Viżitazzjoni u l-Bażilka ddedikata lil San Pietru u San Pawl fin-Nadur (it-tnejn: 1967). F’dawn il-Basilki naraw arkittettura u oġġetti simboliċi li jirrapreżentaw id-dinjita’ tagħhom. Dawn is-simboli għalkemm mhux dejjem jidhru huma: a) it-tribuna (fl-Italja jgħidula baldacchino) li hija tużell sostnut minn kolonni tal-irħamm mibnija madwar l-artal maġġur. Fuq barra tal-knisja, eżattament fuq it-timpanum, hemm s-Salib Papali li għandu żewġ traversi. Il- conopeum, jew kif inhu magħruf aħjar l-umbrellun bil-qanpiena żgħira mdendla, (it- tintinabrum). Hawn ukoll xi knejjes oħra bit-titolu ta’ Basilika, per eż. dik tad-Duluri f’Ħaz-Żebbuġ u dik tal- Patroċinju fl-Għasri. (sors prinipali : Charles Coleiro. )
Grazzi ta' l-informazzjoni, imma jidhirli li l-parrocca tan-Nadur akkwistat it-titlu fl-1969 mhux 1967, ftit wara li lahaq isqof Nikol Cauchi. X'tahseb?
ReplyDeleteJien ergajt; minn sorsi ohra sibt li jien ma kellix ragun 1) L-Isqof Cauchi lahaq fl-1967, u wara sar ir-Raghaj tal-Ghawdxin fl-1972; 2) In-Nadur fil-fatt sar Bazilika fis-sena li semmejt int, 1967. Grazzi ta' kollox! P.A.
ReplyDelete