BAĊIR / BAĊIN / BAĊIL 1. Dan kien oriġ. speċi ta’ banju kbir mħaffer fil-blat u mimli bl-ilma, fejn fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann kien jintuża bħala parti mill-arsenal biex jinħażen l-injam. Dan il-baċir kien jinsab fid-daħla ta’ ġewwa nett fil-bajja ta’ Bormla. Dawn żviluppaw fi żmien l-Ingliżi fi drydocks li kienu jaħdmu b’enerġija idrolika. B’kollox tħaffru ħames baċiri b’kollox fuq kull naħa ta’ l-Isla biex fihom isiru tiswijiet lil-bastimenti. Fi żmien l-Ingliżi il-baċiri fit-tarzna nbnew hekk: Baċir numru 1: fil-qala ta’ Bormla - 1848; Baċir numru 2 - 1862; Baċir numru 3 jew is-Somerset Dock li -1871 taħt l-Isla, fil-bajja ta’ Għajn Dwieli; Baċir numbru 4 - 1892 (Hamilton Dock); Bejn l-1902 – 1907 nbnew baċiri numru 4 u 5. Tal. bacino eż. bacino Mediterraneo. Tal. bacino navale. Ara: ARSENAL 2. F’sens ekklesjastiku din il-kelma kienet tfisser trofew imżejjen bil-ħbejżiet tal-injam u li f’nofsu jkun hemm statwetti qaddisa. Dawn kienu jinġarru fil-proċessjoni tal-Madonna tal-Karità fil-Birgu biex imbagħad l-ħobż jitqassam lill fqajrin. Sors. Lorenzo Zahra.
No comments:
Post a Comment