ARLOĠĠ TAL-LIRA Dan huwa prodott ta’ xogħol artiġjanali fl-injam li jmur lura mill-inqas mitejn sena. Mhux ċara għal kollox ir-raġuni għaliex dan jgħidulu arloġġ ‘tal-lira’. Hawn minn jgħid li dan jissejjah hekk għax kien jixbaħ strument musikali tal-kordi li bit-taljan jissejjah lira. Spjega oħra hija illi dan l-arloġġ kienet titqiegħdlu speċi ta’ domna kbira tad-deheb f’tarf il-pendlu li kienet tixbaħ il-lira (munita kbira tal-flus ta’ żmien bikri Ingliż). Żgur li t-teorija antika li dan l-arloġġ kien jiswa lira biss mhux minnha. Nafu li Mikielanġ Sapiano li kien l-aqwa arluġġar f’Malta fis-seklu 19, kien jitħallas sittin lira sterlina, li għall dak iż-żmien kienu diġa ħafna flus biex jaħdem arloġġ ta’ dan it-tip. Dan l-arloġġ dekorativ jirrikjedi bosta snajja fosthom: ix-xogħol ta’ l-injam biex issiru il-partijiet different ital-arloġġ, eż., ta’ fuq (il-kuruna), il-kaxxa u ta’ l-parti tan-nofs u l-parti ta’ isfel (il-mansola). Ix-xogħol ta’ l-induratur huwa dak li jiksi partijiet minn dan l-arloġġ bil-folji tad-deheb. Dan wara li jingħataw diversi passati bil-ġibs. Imbagħad hemm ix-xogħol tal-makkinarju tal-arloġġ li huwa fdat f’idejn arluġġar. Ara: Antique Maltese Clocks, Great Exhibitions Revisited, Miranda Publications in collaboration with Fondazzjoni Patrimonju Malti. Artiklu dwar Charlie Sammut, Arluġġar, fi L-Arloġġ tal-Lira ta’ Charlie Sammut, kitba ta’ John Agius, Lehen il-Kunsill Tieghek San Giljan, Ħarġa nru 34, Ġunju 2010
tita tghajdli k hemm trid tghamel kolla u k hemm trid tghamel gibs
ReplyDeleteplease